NOVEMBER 9 - FEAST - Dedication of the Lateran Basilica - GOSPEL --- Jn 2, 13-23 - Cleansing of the Temple - Il-Qdusija tat-Tempju (GOSPEL Jn 2, 13-23 - as in Malta Diocese ORDNI - ORDO 2020-2021)
- (OR THE GOSPEL Jn 2, 13-22 - as in https://www.vaticannews.va/en/word-of-the-day.html -- Date 09/Nov/2021) --- https://youtu.be/yNr7bxxx71g --- & --- (as in Archdiocese of Malta, Holy Mass Video on Nov. 9th, 2021 --- https://youtu.be/nYZ-QsUvpD0 ---

Evanġelju
Ġesù tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu.
Ġw 2, 13-23

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

[Ġw:2:13] Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela' Ġerusalemm. [Ġw:2:14] Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. [Ġw:2:15] Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll 'il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta' dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed.

[Ġw:2:16] U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: "Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!" [Ġw:2:17] Id-dixxipli ftakru f'dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, "Il-ħeġġa għal darek fnietni.'

[Ġw:2:18] Mbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: "X'sinjal se turina li inti tista' tagħmel dan?"
[Ġw:2:19] Ġesù weġibhom: "Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa' ntellgħu." [Ġw:2:20] Għalhekk il-Lhud qalulu: "Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?" [Ġw:2:21] Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. [Ġw:2:22] Meta mbagħad qam mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru f'dan li kien qal, u emmnu fl-Iskrittura u fil-kliem li kien qal Ġesù.

[Ġw:2:23] Waqt li kien Ġerusalemm għall-festa tal-Għid, kien hemm ħafna li emmnu f’ismu billi raw is-sinjali li kien jagħmel.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.





.